León

León
este León esconde algo...

Ratón

Ratón
y este Ratón también...

martes, 29 de diciembre de 2009

Maltés

Darba waħda, kien hemm ġurdien ċkejken li, malli ħareġ mit-toqba, sab ruħu wiċċ’imb wiċċ ma’ ljun daqshiex.


L-iljun ħabat se jieklu.
“Jekk jogħġbok, Sur Iljun, la tikolnix.
Jista’ jkun li xi darba tiġi bżonni.”
L-iljun wieġbu:
“Dan kif nista’ niġi bżonn lil xi ħadd daqshekk żgħir?”


Meta l-iljun ra kemm kien tassew żgħir il-ġurdien, tħassru u ħallih imur.
Jum fost l-oħrajn, il-ġurdien sema’ għajta kbira. Kien l-iljun.


Meta wasal fuq il-post minn fejn kienet ġejja l-għajta, sab lill-iljun imħabbel f’xibka.
“Se nsalvak jien!” qallu l-ġurdien.
“Int? Int żgħir wisq għal biċċa xogħol iebsa bħal din.”


Il-ġurdien intefa’ jgerrem il-ħabel li kien qed iżomm ix-xibka, u l-iljun b’hekk inħeles.


Minn dakinhar ‘il quddiem, it-tnejn saru ħbieb għal kollox.

1 comentario: